Illejla żewġ membri tal-Birdlife sfaw imsawta minn nassaba f’Delimara wara li l-membri tal-Birdlife skoprew post minn fejn kien qed isir insib illegali.
Stqarrija tal-Birdlife tgħid li ż-żewġ membri tal-BirdLife kienu mexjin f’delimara għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija meta ġew qrib post fejn kien għadd ta’ tagħmir relatat mal-insib illegali. F’dan il-ħin erba’ rġiel bdew jiġru wara l-membri tal-BirdLife b’wieħed mill-irġiel jagħti daqqiet f’wiċċ wieħed mill-membri tal-BirdLife.
Nick Piludu, l-Uffiċjal responsabbli mill-konservazzjoni fi ħdan il-BirdLife qal li dik iż-żona ta’ Delimara hija magħrufa għall-insib illegali u matul is-sena jsiru numru kbir ta’ rapporti dwar insib illegali f’dan il-post. Huwa sejjaħ bħala xokkanti l-fatt li membri tal-pubbliku jistgħu jisfaw vittmi ta’ intimidazzjoni u vjolenza anke jekk biss ikunu mexjin qrib dan il-post. Huwa rringrazzja lill-Pulizija li kienu fuq il-post b’mod immedjat tant li l-Pulizija rnexxielha saħansitra twaqqaf lil wieħed mill-irġiel milli jwaddab ġebla kbira lejn l-uffiċjali tal-BirdLife.
//= $special ?>

