Żewġ persuni kellhom bżonn il-kura u ttieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta kerha fi Triq Burmarrad, li fiha kienu nvoluti tliet vetturi.
Jirriżulta li għal xi raġuni seħħ imptatt bejn żewġ vetturibil-konsegwenza li ntlaqtet karozza oħra li kienet għaddejjja mid-direzzjoni opposta. Il-vetturi nvoluti huma Honda, li fiha kien hemm raġel ta’ 38 sena mill-Imsida li ttieħed l-isptar, kif ukoll Volkswagon Golf u vann tat-tip Toyota Hiace.
Fil-post waslu diversi uffiċjali tal-Pulizija sabiex jikkontrollaw it-traffiku. It-triq inżammet miftuħa għaliex jidher li ħadd mill-persuni nvoluti ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>


