Universal Pictures ħarġu t-trailer tal-film ‘By the Sea’ li fil-maġġoranza tiegħu nġibed fi Mġarr ix-Xini, Għawdex u li fost l-atturi tiegħu jinkludi lil Angelina Jolie u Brad Pitt.
‘By the Sea’, miktub minn Angelina Jolie stess, jirrakkonta l-ġrajja ta’ koppja waqt vaganza li matulha jippruvaw isalvaw iż-żwieġ tagħhom.
Sa mit-trailer stess wieħed jista’ jinnota x-xenarju mill-isbaħ tal-gżira Għawdxija, fost l-oħrajn permezz ta’ shots speċifiċi tal-baħar u x-xagħri ta’ mġarr ix-Xini.
Il-film mistenni jiddebutta fiċ-ċinema fit-13 ta’ Novembru li ġej.
//= $special ?>

