Lokali

Il-każ ta’ Daboma Jack: Il-Pulizija tad-distrett mistenni jiġi dixxiplinat

Il-Pulizija tad-distrett li kien fil-post tal-argument li seħħ kawża ta’ kju twil u ħin ta’ stennija esaġerat quddiem il-gabbana tal-operatur tal-linja  mistenni jiġi dixxiplinat.

Skont Daboma Jack, hu rraporta għal iktar minn darba lill-Kuntistabbli stazzjonat il-Belt li kien aggredit minn mara li allegatament saħansitra beżqitlu u ppruvat ittih daqqa ta’ ħarta.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-Pulizija naqas mid-dmirijiet tiegħu għaliex ma ħax azzjoni meta l-argument kien għadu wieħed żgħir u naqas milli jikkontrolla s-sitwazzjoni.

Minn naħa l-oħra l-uffiċjali tar-Rapid intervention Unit instabu bla ħtija għal dak li seħħ għaliex qed jitqies li aġixxew b’mod korrett fiċ-ċirkostanzi, m’użawx forza eċċessiva u ħelsuh mill-ewwel hekk kif indunaw li kien ġie arrestat bi żball.

Iktar minn hekk, mistennija tittieħed azzjoni bil-Qorti kontra Daboma Jack, akkużat li kiser il-paċi pubblika, kif ukoll kontra l-mara ta’ 29 sena li tinsab akkużata li aggredietu.