Hafna pajjiżi li kienu sofrew invażjoni u eventwalment kienu liberati jfakkru din il-ġrajja b’diversi modi, l-iktar komuni jkunu ċerimonji ta’ tifkira, btala nazzjonali jew parati militari. Iżda r-reġim komunista tal-Korea ta’ Fuq mar pass lil hinn u biex ifakkar il-liberazzjoni tal-peniżola Koreana mill-ħakma Gappuniza fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-Korea ta’ Fuq se tbiddel il-hin ufficjali tieghi biex ma jibqax – skont l-aġenzija uffiċċjali tal-aħbarijiet Koreana KCNA – “l-istess hin tal-imperjalisti Ġappuniżi.”
Fil-fatt wara l-15 ta’ Awwissu, il-ħin fi Pyongyang u l-kumplament tal-Korea ta’ Fuq se jitmexxa lura nofs siegħa u se jkun tmien sigħat u nofs flok disa’ sigħat ‘il quddiem mill-ħin ta’ Greenwich (GMT).
Il-Korea ta’ Fuq mhux l-ewwel pajjiż li biddel il-ħin uffiċċjali tiegħu. Fl-2007, il-Venezuela ukoll biddel il-ħin uffiċċjali sabiex, skont il-President ta’ dak iż-żmien Hugo Chavez, il-pajjiz “ikollu sehem iktar ekwu minn tlugħ ix-xemx.”
//= $special ?>

