Ambjent Edukazzjoni Lokali

Kampanja għat-tfal ta’ Skola Sajf dwar il-ħarsien tal-annimali

Tnediet kampanja ta’ għarfien, edukazzjoni u promozzjoni tal-ħarsien tal-annimali f’diversi ċentri ta’ Skola Sajf imferrxin madwar Malta u Għawdex.

Permezz ta’ din il-kampanja, uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali qed iżuru madwar tletin ċentru ta’ Skola Sajf akkumpanjati minn xi klieb, filwaqt li qed jiġu organizzati wkoll ħarġiet għall-istudenti fil-kumpless tal-Għammieri biex ikollhom l-opportunità li jaraw mill-viċin annimali varji, fosthom speċi rari ta’ annimali Maltin bħall-Gendus Malti.

Waqt dawn l-attivitajiet, kull tifel u tifla qed jingħataw materjal informattiv dwar il-ħarsien tal-annimali. Bħala parti minn din il-kampanja, se titnieda kompetizzjoni fejn dawn l-istudenti qed ikunu mħeġġa jieħdu ‘selfie’ ma’ annimal domestiku, liema kompetizzjoni tiġi fi tmiemha fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru bit-tqassim ta’ premji għall-isbaħ ritratti.