Ix-xahar ta’ Lulju kien wieħed iktar sħun mill-medja b’temperatura medja ta’ 28.1°C li hija iktar min-norma klimatika ta’ 26.6°C.
Stqarrija mill-Uffiċċju Meteoroliġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tgħid li l-ogħla temperatura matul ix-xahar li għadda laħqet 38.4°C u ħabtet propju fl-aħħar jum ta’ Lulju. L-ogħla temperatura qatt reġistrata f’Lulju kienet fid-9 ta’ Lulju 1998 meta s-sħana laħqet 42.7°C. Matul dan ix-xahar kien hemm sebat ijiem b’temperatura massima ta’ 35°C jew iktar li jfisser żieda ta’ iktar minn 5°C iktar min-norma massima ta’ 31.6°C
Anki t-temperatura medja tal-baħar kienet ta’ 26.3°C, li hi ferm ogħla mit-temperatura medja ta’ 24.7°C. L-ogħla temperatura tal-baħar kienet reġistrata fit-23 u 24 ta’ Lulju bit-temperatura tilħaq 28.2°C filwaqt li l-iktar temperatura baxxa kienet ta’ 22.8°C fl-ewwel tax-xahar.
Lulju iktar sħun min-normal


