Dan ir-ritratt li rċieva MaltaRightNow juri Karozza tal-Linja li aktar kmieni waranofsinhar waqfet fir-roundabout tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi, qrib il-kumpless Pavi.
Il-Karozza tal-Linja waqfet għal ħin twil b’konsegwenza li nħoloq xi traffiku, peress li din waqfet eżattament f’nofs ta’ triq hekk kif kienet qed iddur mar-roundabout.
F’dan ir-ritratt, ix-xufier jidher qed jistenna barra l-Karozza tal-Linja.
//= $special ?>

