Internazzjonali

Titwassal id-droga f’ħabs bi drone

Uffiċjali fl-Istat ta’ Ohio qed jinvestigaw każ fejn drone għadda minn fuq ħabs u ‘telaq’ pakkett mimli bid-droga illegali għal ġo bitħa tal-kumpless.
Il-pakkett kien il-kaġun ta’ ġlieda fil-bitħa fejn kien hemm talanqas 100 ħabsi, iżda mifhum li ma weġġa’ ħadd. Almenu disa’ priġunieri li ħadu sehem fil-ġlieda għall-pakkett – li kien fih ammonti żgħar ta’ ħaxixa, eroina u tabakk — spiċċaw iżolati mill-ħabsin l-oħra.
Il-ħabs inkwistjoni hu l-Mansfield Correctional Institution, bl-awtoritajiet f’Ohio isostnu li dan kien l-aħħar f’sensiela ta’ attentati bid-drones ‘biex iwasslu l-kuntrabandu lill-ħabsin’. Intant qed jittieħdu passi speċifiċi biex id-drones jinżammu qabel jistgħu jittajjru fuq l-artijiet tal-kumplessi għall-ħabsin.