Il-mara ta’ 72 sena li iktar kmieni din il-ġimgħa sabet ruħha f’diffikultajiet waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbugia sfortunatament tilfet il-ġlieda mal-mewt. Stqarrija tal-pulizija qalet li sfortunatament, il-mara mietet matul il-lejl li għadda.
Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tat-7.45am, ftit wara li l-anzjana, li tgħix Birżebbuġa, niżlet tgħum ma’ oħtha.
Jirriżulta li hekk kif l-aħwa ħarġu ftit ‘il barra, il-vittma ntilfet minn sensiha u niżlet taħt l-ilma. Kif rat hekk, oħtha bdiet tipprova timbuttaha ‘l ġewwa u tgħajjat għall-għajnuna.
Kif semgħu dan, numru ta’ rġiel li kienu fuq il-Bajja qabżu l-baħar u tellgħu lill-mara. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn mara ta’ nazzjonalità Ingliża sakemm wasal tim mediku.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ
//= $special ?>
