Lokali

Bajja ohra magħluqa għall-għawm minħabba żbroff ta’ drenaġġ

Fi stqarrija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku li minħabba żbroff ta’ drenaġġ quddiem lukanda li

hemm fil-Bajja tal-Qaliet, San Ġiljan, għawm f’din iż-żona mhux rakkomandat sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Tabelli li jindikaw dan l-għeluq qed jiġu mwaħħla fiż-żona kif indikat fir-ritratt.

Fl-aħħar ġimgħat kien hemm numru ta’ bajjiet li kellhom jingħalqu għal xi jiem minħabba tniġġis, fosthom il-bajja s-Sabiħa f’B’Bugia, parti mill-bajja tal-Għadira, u d-Dog Friendly Beach f’Baħar iċ-Ċagħaq.