Internazzjonali

ĊIPRU: Sħana li ddewweb steering ta’ vettura

epa04875755 Portuguese tourist Elena stands in front of a fan to cool off from the heat while walking down the street 'Unter den Linden' in Berlin, Germany, 07 August 2015. Germany is currently experiencing hot weather with temperatures expected to rise up to 39 degrees Celsius in some parts of the country. EPA/JOERG CARSTENSEN

Is-sħana li nieżla bħalissa fuq Nikosija u bnadi oħra ta’ Ċipru tant hi qalila li spiċċaw idubu s-sistemi tal-isteering tal-karozzi; b’ħafna residenti jibgħatu ‘statuses’ fuq il-media soċjali fejn jaqsmu l-esperjenzi tagħhom b’kaġun tat-temperaturi eżaġerati.
Persuna fuq Twitter bagħtet ritratt ta’ tagħmir speċifiku fit-toroq li qed jirreġistra temperaturi ta’ 57 grad Celsius. Dan waqt li kelliema għall-aġenziji tal-ivvjaġġar qalu li ‘t-temperaturi attwali f’Ċipru, is-soltu, huma aktar assoċjati ma’ pajjiżi bħall-Iraq’.
It-turisti Britanniċi ngħataw diversi twissijiet rigward il-vjaġġi lejn Ċipru, fejn qed ikunu avżati biex jevitaw il-bajjiet fil-ħin nofsinhar, meta x-xemx tkun l-aktar tisreġ ‘u biex huma ifittxu kemm jistgħu l-postijiet kennija’.
It-turisti li qed iqattgħu btajjel f’Ċipru huma wkoll imwissija biex jixorbu ħafna ilma u jieħdu vantaġġ mis-sistemi tal-airconditioning tal-lukandi.
Sadanittant, komplew deħlin l-istejjer dwar is-sħana inkredibbli f’dan il-pajjiż, fosthom każ ‘fejn residenta kellha tpoġġi l-iPhone tagħha fil-fridge biex dan ikompli jaħdem’.