Lokali

Filmat: Jinqata’ d-dawl waqt il-marċ tat-Tamlin fil-Ħamrun

Il-mument l-aktar mistenni għall-partitarji Tamlin tas-Soċjetà Mużikali San Ġejtanu tal-Ħamrun, propju meta l-banda tagħhom tasal quddiem il-każin tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp quddiem il-knisja, ilbieraħ żviluppa f’diżappunt enormi hekk kif fil-Ħamrun inqata’ d-dawl.

Dan il-qtugħ ta’ dawl issa sar sinonimu fil-pajjiż tant li fl-aħħar ġimgħat partijiet kbar ta’ Malta spiċċaw bla dawl għal ħinijiet twal. Dan ġab inkonvinjenti kbar għall-pubbliku, spċeċjalment għall-anzjani u għal min ma jkun mgħammar bl-ajra kundizzjonata fil-karrozza tiegħu.

Il-każ tal-Ħamurn hu partikolari għall-fatt li prattikament il-qtugħ tad-dawl tal-bieraħ ħassar il-festi tat-Tamlin li fil-marċ tal-Ġimgħa jtellgħu ukoll l-istatwa ta’ San Ġejtanu. Hi tradizzjoni qawwija fil-Ħamrun li l-qofol tal-marċijiet jintlaħaq hekk kif il-baned jaslu quddiem il-każini opposti.

Fil-każ tal-partitarji Tamlin tas-Soċjetà Mużikali San Ġejtanu l-orgnaizzaturi jaħsbu biex anki meta jdoqqu l-Ġimgħa huma jgħaddu minn quddiem il-każin tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp. L-aspettativa għall-marċ tal-bieraħ kienet kbira u għalhekk id-diżappunt kien ikbar hekk kif id-dawl mar propju meta l-banda tat-Tamlin waslet quddiem il-każin tal-Miskina. Id-diżappunt tat-Tamlin kien evidenti hekk kif propju quddiem il-Każin tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp il-partitarji kienu armati bi bnadar u kull oġġett ieħor ta’ kulur aħmar, il-dulur tas-Soċjetà.

Irid ikun ikkunsidrat ukoll li, minħabba li l-każin tal-banda San Gejtanu mhux quddiem il-knisja, il-partitarji jkunu qed jistennew li l-banda tagħhom iddoqq quddiem il-knisja ta’ San Ġejtanu, propju faċċata tal-każin tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp.

Sorsi li tkellmu ma’ Maltarightnow qalu li kienu diversi Tamlin li esprimew id-diżappunt kbir tagħhom għall-qtugħ tad-dawl fil-Ħamrunu anki esprimew dan id-diżappunt ma’ deputati u kandidati Laburisti li jiffrekwentaw bil-qawwi l-marċ tat-Tamlin. Min-naħa l-oħra il-każ tal-bieraħ ġab tbissima mill-partitarji tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp li invadew il-media soċjali b’filmati tal-mument li fih inqata’ d-dawl.

Il-festa fil-Ħamurn tkompli llejla b’marċi miż-żewġ baned u tilħaq il-qofol tagħha għada filgħodu bil-marċ tradizzjonali u kbir li fih ukoll jipparteċipaw il-baned tal-każini ta’ San Ġużepp u San Ġejtanu. Il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Gejtanu issir għada fil-għaxija. Dan dejjem jekk ma jerġax ikun hemm qtugħ ieħor fid-dawl.

Dan l-episodju qajjem diżappunt qawwi, b’uħud jissuġġerixxu li għall-festa għandhom jieħdu x-xemgħat wara li diġa’ ġraw episodji simili fejn inqata’ d-dawl waqt il-festi ta’ Birżebbuġa u Marsaxlokk fl-aħħar jiem.

[youtube width=”675px” height=”465px”]yvAwX0m0GAI[/youtube]

bandisti dlam hamrun

hamrun festa bla dawl 1

Ritratt: Facebook