It-Tifun Souledore fl-aħħar sigħat avvanza mit-Tajwan lejn il-Grigal taċ-Ċina fejn kompla jħalli l-istraġi u l-mewt warajh. Il-maltemp ikkaġuna l-għargħar u l-valangi tat-tajn, b’eluf tan-nies jispiċċaw evakwati.
Mifhum li fiċ-Ċina mietu ta lanqas għaxra b’kaġun tal-elementi. It-tifun, qabel, kien avvanza mit-Tajwan fejn ħalla sitta mejtin u numru ta’ persuni nieqsa. L-aħħar rapporti mit-Tajwan qalu li nofs-miljun resident għadhom mingħajr dawl b’konsegwenza tal-maltemp.
//= $special ?>