Il-Mission Fund, organizazzjoni li ta’ kuljum, bid-donazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin tgħin lil dawk foqra f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.
Il-Mission fund tgħin tfal li m’għandhomx x’jieklu, nies bla saqaf, nies morda u eluf ta’ persuni oħra.
Għal din is-sena, 26 voluntier tal-Mission Fund ħallew Malta biex matul il-ħames ġimghat li ġejjin jagħmlu xogħol volontarju fit-Tanzanija.
Il-voluntiera sejrin biex jibnu parti ohra minn sptar li tmexxi Soru Maltija, sptar li prezentament m’ghandux il-lussu tal-isptarijiet taghna, izda li jrid jaqdi aktar minn 400,000 persuna.
Dwar dan tkellimna mad-direttur spiritwali tal-Mission Fund, Fr Marcellino Micallef. Fr Marcellino tkellem ukoll dwar it-tip ta’ faqar li se jiltaqgħu miegħu fit-Tanzania.
Dawk li jixtiequ jagħtu donazjzoni lil Mission Fund jistgħu jagħmlu dan fuq is-sit missionfund.org.mt jew billi jagħtu donazzjonijiet fil-kontijiet li għandha l-mission fund mal-Banek lokali.
//= $special ?>

