Ħamest itfal u tlett adultiinstabu mejta ġo dar fl-Istat ta’ Texas. Is-sejba makabra segwiet l-arrest ta’ raġel li, qabel, kien involut fi sparatura mal-pulizija.
Is-sorsi lokali qalu li l-isparatura seħħet meta l-pulizija, li wieġbu għal sejħa ‘biex jinvestigaw residenza’ fl-inħawi ta’ Houston, lemħu l-katavru ta’ tfajjel u ppruvaw jidħlu fid-dar partikolari.
Mifhum li raġel fl-inħawi ċeda lill-pulizija ‘xi siegħa wara’ u meta għamel żmien jinnegozja mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali.
Ma kienx magħruf kif inqatlu l-vittmi inkella x’setgħet kienet ir-relazzjoni tagħhom mar-raġel li ċeda lill-pulizija u li qed jinżamm bħala suspettat fil-każ.
//= $special ?>