Internazzjonali

Il-Ġappun ifakkar it-tfiegħ tal-bomba atomika fuq Nagasaki

Fil-belt Ġappuniża ta’ Nagasaki qed jiġi mfakkar is-70 sena anniversarju mit-tfiegħ tal-bomba atomika mill-Istati Uniti.

Tul iċ-ċerimonja fil-Ġnien tal-Paċi f’Nagasaki, ġiet osservata minuta silenzju.

Mill-inqas 70,000 persuna kienu mietu f’dan l-attakk, attakk li seħħ tlett ijiem biss wara bomba atomika oħra kienet intefgħat fuq il-belt ta’ Hiroshima.