Il-Pulizija u s-servizzi sigrieti tar-Renju Unit irċevew informazzjoni li tissuġġerixxi li l-militanti tal-ISIS qegħdin jaħdmu fuq kumplott biex ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra tispiċċa assassinata. Skont ir-rapporti, l-azzjoni qattiela qed tkun ippjanata għal tmiem il-ġimgħa, waqt avveniment li se jsir f’Londra biex jimmarka s-70 anniversarju li jfakkar ir-rebħa tal-Alleati fuq il-Ġappun u t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Skont rapport li deher f’The Mail on Sunday, il-pulizija u s-servizzi tal-aġenzija sigrieta, kienu infurmati li l-kumplott kontra r-Reġina qed ikun orkestrat mill-kmandanti tal-ISIS fis-Sirja.
//= $special ?>