L-Air Malta se tintroduċi tibdil fil-prodott li qed ikun deskritt bħala tibidil li bħalu qatt ma sar qabel.
Permezz ta’ dan it-tibdil il-passiġġieri se jkunu jistgħu jagħżlu minn tliet tipi ta’ kategoriji fil-klassi ekonomika u tlieta fil-business. Se jkun hemm għażla ta benefiċċji li japplikaw ma kull għazla.
L-għazla bazika tinkludi ukoll 20 kilo allowance għall-bagalja u snack zgħira. Skont l-Air Malta, dan hu aħjar min dak li joffru linji tal-ajru oħrajn.
L-Air Malta habbret li se taghti aktar importanza lis-servizzi online u l-booking engine u se tbiddel ukoll l-istrutttura tat-tariffi tagħha li se jorħsu fuq kull rotta. Fil-fatt ser jkun hemm tnaqqis ta’ Eur 54 fuq titjiriet lura lejn xi destinazzjonijiet Ġermaniżi u aktar minn Eur 30 fuq Pariġi u oħrajn.
L-Air Malta reget introduciet ic-Child Fares waqt li klijenti bi tfal li għandhom bejn is-sentejn u 12-il sena li jivvjaġġaw f’żewġt klassijiet ekonomici se jinghataw skont ta’ 25% , bhal ma kienet qabel. It-trabi se jingħataw skont ta’ 90%, kemm fil-klassi Economy u kemm fil-Business Class.
//= $special ?>

