Lokali

Nuqqasijiet bażiċi fil-Korp – MPA

Tal-mistħija kif membri tar-Rapid Intervention Unit qed jirrappurtaw għax-xogħol bi qliezet imqattgħin u kienu biss 32 membru tal-RIU li ngħataw qalziet tas-servizz ieħor.

Fi stqarrija, l-Assocjazzjoni tal-Pulizija qalet li s-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit ma fijiex biss 32 ufficjal tal-Iswat iżda tinkludi wkoll 110 membri oħra li għadhom ma ngħatawx qalziet ieħor bħal ma ingħataw l-oħrajn – filwaqt li hemm min qed ikollu jixtri parti mill-uniformi bi spejjeż tiegħu.

L-Assoċjazzjoni qalet li dan l-ilment ilu jitressaq għal diversi drabi, madanakollu, s’issa dejjem waqa’ fuq widnejn torox u kien ghal din ir-raguni li l-Assocjazzjoni kellha tirrikorri għall-media.

Fl-istqarrija taghha, l-Assocjazzjoni tal-Pulizija ikkritikat ukoll il-fatt li minkejja laqghat li saru mal-Ministru tal-Intern Carmelo Abela, għad hemm fixed points tal-Pulizija li m’humiex attrezzati bl-arja kkundizzjonata, b’differenza għal ċertu fixed points oħra – fosthom dik li hemm mar-residenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

L-Assoċjazzjoni qalet li xi haga bazika bhal arja kkundizzjonata għall-uffiċjali tal-Korp li jkunu esposti għax-xemx illum il-ġurnata hi meqjusa bhala lussu fil-Korp tal-Pulizija.