Żvelat ir-rapport tal-Bord Dixxiplinrju fil-konfront tal-Ispettur Gabriel Micallef wara l-isparatura mix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia
Ir-rapport tal-Bord Dixxiplinarju li nħatar fir-rigward tal-Ispettur Gabriel Micallef b’rabta mal-isparatura minn Paul Sheehan, ix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia – ġie żvelat fil-ħarga tal-lum ta’ il-mument.
Quddiem il-Bord tad-Dixxiplina, Gabriel Micallef kien qed jiġi akkużat li kkontamina x-xena tad-delitt, iżda l-Bord ma sabux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u dan minħabba li ma kien hemm ebda intenzjoni malizzjuza min-naħa tal-istess Micallef.
Fost l-aktar dikjarazzjonijiet qawwija li saru mill-Ispettur Gabriel Micallef fix-xhieda tiegħu quddiem il-Bord Dixxiplinarju, kien hemm dik fejn stqarr li l-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit bażwar l-affarijiet u tefagħhom fuqu.
Gabriel Micallef żied jgħid li l-Pulizija fil-post kellhom ordni mill-eks Aġent Kummissarju Ray Zammit biex il-karozza milquta biz-żewġ tiri tittella’ fuq il-low loader u tittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Puliziija.
Il-mument żvelat ukoll li fir-rapport tiegħu, il-bord dixxiplinarju qabel li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-isparatura mill-Kuntistabbli Paul Sheehan kienet wahda skorretta sa’ mill-bidunett. Din l-investigazzjoni kien fiha nuqqasijiet serji ħafna, fosthom dawk ta’ kordinament bejn is-sezzjonijiet kollha involuti.
Intant, apparti dettalji mir-rapport tal-bord dixxiplinarju li sema’ l-każ tal-ispettur Gabriel Micallef, il-ġurnal il-mument żvela wkoll ix-xhieda kollha li ngħatat minn Micallef quddiem dan il-bord.
Aktar dettalji fil-gazzetta il-mument.
//= $special ?>

