Raġel ta’ 29 sena, residenti B’Bugia, mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li l-Pulizija sabet fil-pussess tiegħu sustanza suspettata ecstasy li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Intant il-Pulizija arrestat ukoll tliet guvintur li l-eta taghhom tvarja bejn 15 u 19-il sena li fil-pussess tagħhom instabet sustanza suspettata kokaina u raza tal-kannabis.
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wettqet dawn l-arresti wara numru ta’ spezzjonijiet f’diversi postijiet ta’ interess matul il-lejl ta’ bejn it-8 u d-9 ta’ Awwissu.
//= $special ?>
