Internazzjonali

Singapore jiċċelebra l-50 sena stat

F’Singapore qed isiru avvenimenti biex ifakkru l-50 sena ta’ dan il-pajjiż bħala Stat indipendenti, waqt li eluf kbar ta’ nies qed iħejju biex jiċċelebraw l-anniversarju bix-xieraq.

Singapore sar pajjiż indipendenti meta kien twarrab mill-Federazzjoni ta’ Malaya fost l-inkwiet soċjali. Tul l-aħħar 50 sena, din l-eks-kolonja Britannika għaddiet minn trasformazzjoni assoluta u sal-punt fejn saret wieħed mill-aktar pajjiżi sinjuri tad-dinja.