Lokali

Wara l-maltemp tal-bieraħ…

Waqt il-maltempata tal-bieraħ li laqtet lill-pajjiżna, b’trombi tar-riħ u ragħad f’diversi partijiet f’Malta, il-problemi fit-traffiku ma naqsux. Kif juru dawn il-filmati, kienu diversi nħawi f’Malta fejn inġema’ l-għargħar.

Kawża tal-maltemp inħoloq ukoll xi traffiku, iżda fost il-problemi li nqalgħu kien hemm dawk marbuta mal-karozzi tal-linja. Filfatt, persuni li tkellmu ma’ Net News spjega li waqt il-maltempata tal-bieraħ, is-servizz tat-trasport pubbliku ma bediex jiffunzjona kif suppost.

Bosta persuni li tkellmu ma’ dan l-istazzjon urew id-diżappunt tagħhom ghall-fatt li f’ħafna karozzi tal-linja, għall-aktar minn siegħa waqt il-maltempata, ma’ bdewx jaħdmu l-magni tal-biljetti. Dan wassal biex il-biljetti fuq il-karozzi tal-linja ma bdewx jinħarġu.

Is-servizz aktar tard reġa’ lura għan-normal. U filwaqt li din il-ħsara sehhet waqt il-hin li fiha l-maltemp laqat il-pajjizna, ma’ Net News tkellmu wkoll xufiera tat-trasport pubbliku, li ilmentaw dwar l-istat diżastruz fuq numru ta’ karozzi tal-linja.

Intant il-gazzetta ‘illum’ ippublikat storja fejn ġie rappurtat li x-xuffiera qed juru l-għadab tagħhom għal dak li huma sejjhu ‘daħk fil-wiċc ‘ min-naħa tal-kumpanija tat-trasport pubbliku’.

Mal-gazzetta ‘illum’, ix-xuffiera tat-trasport pubbliku qalu li huma kien mwegħda li jibdew jitħalsu 6 ewro fis-siegħa, madanakollu qed jiġu mħallsa erba’ ewro u nofs fis-siegħa ghax-xoghol li jaghmlu.

Ix-xuffiera sostnew li meta huma staqsew għaliex qed jitħallsu ewro u nofs inqas fis-siegha minn kemm suppost, il-kumpanija tat-trasport pubbliku wieġbet li dan qed iseħħ minħabba li hi provdiet it-taħriġ u l-liċenzja u għalhekk waqa’ l-ftehim li kien hemm bejn iż-żewġ naħat.