Ikomplu l-inkonvenjenzi għall-pazjenti fl-isptarijiet, mhux biss bil-kriżi li hemm b’numru kbir ta’ pazjenti fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, iżda wkoll bil-problmi li qed jiffaċċjaw il-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Fost il-pazjenti li bħalissa qed jiffaċċjaw inkonvjenti f’dawn il-jiem ta’ sħana qawwija, hemm il-pazjenti anzjani nisa fis-Sala Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan hekk kif is-sistema ta’ arja kundizzjonata li hemm fis-Sala waqfet tiffunzjona, bil-konsegwenza li l-anzjani qed jgħaddu minn perjodu diffiċli li qed jeffwalhom saħħithom.
Jirrżulta li t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali m’għandhiex alternattiva għal din il-problema ħlief li qed tipprova tħaffef il-proċess ħalli l-parts li hemm ma jaħdmux jinġiebu kemm jista’ jkun malajr.
//= $special ?>