Internazzjonali

Arrest wara l-attakk fatali fi stabbiliment tal-Ikea

epa04879187 Swedish police at the scene where two people were stabbed to death and a third person was injured at an Ikea store, in the central Swedish town of Vasteras, 10 August 2015, police said. Police added a man has been arrested on suspicion of murder. EPA/Peter Kruger/TT SWEDEN OUT

Il-Pulizija arrestat lir-raġel li wettaq l-attakk fi stabbiliment tal-Ikea fl-Iżvezja. Żewġ persuni nqatlu u oħra ndarbet serjament f’attakk b’sikkina fl-istabbiliment f’Vasteras.
Il-mejtin huma raġel u mara..
Ir-raġel midrub jinsab fil-periklu tal-mewt. L-istabbiliment ta’ Vasteras hu l-ikbar li hemm fl-Iżvezja u l-vittmi kienu nies li nzertaw fil-post.
Mhux magħruf x’wassal għal dan l-attakk.