Passiġġier li wasal Malta b’titjira minn Amsterdam ġie arrestat ftit tal-ħin ilu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li nqabad b’madwar 4 kilogrammi ta’ droga.
Il-passiġġier li nstab bid-droga, x’aktarx kokaina, kien qed iġorr passaport tal-Panama. Is-sejba saret minn uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-persuna ġiet arrestata ftit wara mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
//= $special ?>

