Lokali

Filmat: Imbassar lejl bix-xita u possibilment anke’ ragħad

Numru ta’ siti tat-tbassir tat-temp qed ibassru li pajjiżna se jintlaqat minn maltempata oħra karatterizzata minn riħ, xita u possibilment anke’ ragħad. Filfatt xi nħawi diġa’ ntlaqtu minn riħ qawwi ħafna, b’viżibilta’ ħażina u ħafna trab fl-arja.

Skont rapporti minn xi nħawi f’Malta, saħansitra kien hemm irħula li diġa’ esperjenzaw xi taqtir tax-xita.

Dan wassal biex f’postijiet fejn f’dawn il-jiem għaddejja l-festa, fosthom il-Birgu, iżżarma l-armar tat-triq bi prekawzjoni u biex tiġi evitata iktar ħsara.

Jidher li l-Vittorjożani filfatt kienu fortunati, hekk kif wara ħames sigħat ta’ ħidma biex jiżżarma d-drapp, riħ qawwi ħakem pajjiżna, kif jidher fil-filmat. Minkejja dan illejla xorta hu ppjanat li ssir ħarqa tan-nar minn fuq il-barkun.

Maltemp 1