Lokali

Filmat: Tefgħuh fil-kuridur… u flok imħadda tawh investa!

“Meta mort biex nara lill-missieri sibtu fil-kuridur. Il-pazjenti lanqas biss kellhom imhaded imma investi taħt rashom.”

Kumment ta’ iben imweġġa’ (filmat fuq) li jixhed l-istat diżatruż li jinsab fih l-Isptar Mater Dei. Ir-ragel kompla jispjega kif din is-sitwazzjoni qed tkun ta’ diffikulta’ għall-anzjani li saħansitra qed isibuha diffiċli li jtilgħu fuq l-istretchers li intramaw fil-kuriduri.

Dawn il-kummenti jkomplu jixhdu kemm verament l-Isptar Mater Dei jinsab fi kriżi – kif qalet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija. Anke’ l-MUMN qalet li l-kriżi fil-Mater Dei qed twassal għal standards baxxi fis-servizz mogħti lill-pazjenti u appellat biex tittieħed azzjoni immedjata.

imhadda