Internazzjonali

FRANZA: Jinsew lit-tifla f’nofs ta’ triq

Il-Pulizija qed tinvestiga ċ-ċirkostanzi kif tifla ntesiet mill-membri tal-familja tagħha waqt li kienu fi triqithom għal btala.
It-tifla ta’ tliet snin intesiet f’picnic area f’Bras de Zil, fin-Nofsinhar ta’ Valence. Il-ġenituri, li għandhom żewġt itfal oħra, indunaw b’dak li kien ġara wara li semgħu avviż fuq ir-radju tal-karozza. Sadanittant, familja oħra sabet lit-tifla. Wara li stennew ftit biex jaraw jekk il-ġenituri jiġux lura, huma infurmaw lill-Pulizija.
Jidher li l-ġenituri telqu mill-post għall-ħabta tal-11 a.m. u ntebħu b’dak li ġara għall-ħabta tal-4 p.m.