Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 10 ta’ Awwissu.
IN-NAZZJON ikompli jiżvela dettalji mir-Rapporti li qed jitħejja dwar l-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia – aktar konfermi li kien l-eks Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit li ta ordni biex titneħħa l-karozza li fuqha spara Paul Sheehan.
Il-ġurnal TIMES OF MALTA bi storja dwar sidien ta’ restoranti li qed jabbużaw bl-imwejjed u s-siġġijiet fuq il-bankini u barra l-istabbilimenti tagħhom.
THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid illi l-każ li qajjmet il-gazzetta It-Torċa dwar Beppe Fenech Adami jmur lura s-snin, u insista li l-punt kollu dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena hu “min ċeda għall-pressjoni ta’ Gaffarena”.
L-ORIZZONT jirrapporta telf finanzjarju għall-Gozo Channel.
//= $special ?>
