Lokali

Jitbaxxa d-dawl madwar Malta u Għawdex – ħsarat fl-appliances

Numru kbir ta’ persuni sofrew ħsarat fl-appliances tagħhom hekk kif ftit tal-ħin ilu madwar Malta u Għawdex tbaxxa’ d-dawl f’daqqa għal perjodu qasir ħafna. Dan wassal biex fi ftit ħin inħarqu numru ta’ appliances f’residenzi privati u stabbilimenti.

F’partijiet oħra ta’ Malta d-dawl telaq għal kollox, fosthom f’xi nħawi minn Ħal-Luqa u Ħaż-Żabbar. Dan hu t-tieni episodju fejn ir-residenti Luqin spiċċaw bla dawl wara li qattgħu sigħat fid-dlam nhar is-Sibt li għadda

Dan hu biss l-iktar każ riċenti minn sensiela ta’ każi ta’ qtugħ ta’ dawl fl-aħħar jiem. Tlett’ijiem ilu nqata’ d-dawl warċ tal-festa tal-Ħamrun, f’episodju li affettwa wkoll l-inħawi tal-madwar, fosthom Santa Venera, Fleur de Lys u Birkirkara, u li ħalla lir-resident fid-dlam għal sigħat sħaħ.

Lejliet, kważi Malta kollha spiċċat bla dawl f’episodju li skont il-Gvern Malti kien tort ta’ ħsara fl-interconnector minn naħa ta’ Sqallija.