Ħadd ma weġġa’ meta seħħ inċident f’inżul ta’ ajruplan żgħir fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-ajruplan, li hu wieħed privat u jintuża biex isir tagħlim għall-piloti, kien qed jinstaq minn persuna waħda u mhux indikat li kien hemm persuni oħra abbord.
L-inċident kien konfermat minn kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li ma’ MaltaRightNow.com spjegat li se tkun qed issir investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni biex ikun stabbilit eżattament x’ġara.
Ritratt: Karl Cassar Vella
Aktar dettalji hekk kif jidħlu…
//= $special ?>

