Il-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar ħin ikkawża numru ta’ inċidenti u traffiku qawwi madwar Malta.
Fit-telgħa lejn il-Mellieħa, vettura waqfet bil-ħsara, bil-konsegwenza li l-karozzi kellhom jaqsmu għan-naħa l-oħra tat-triq, f’kantuniera perikoluża. Dan wassal għal kju kbir lejn iż-żewġ naħat.
Ftit iktar ‘il
quddiem, sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u ħabat mal-crash barriers qrib ir-roundabout f’nċident ieħor li kkawża traffiku qawwi.
Traffiku kbir ukoll fil-bypass tax-Xemxija, direzzjoni lejn Triq il-Kosta u Burmarrad, u fit-triq li mis-Salini tagħti wkoll lejn Triq il-Kosta.
Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>




