Internazzjonali

Splużjoni f’Istanbul; sparati tiri lejn il-Konsolat Amerikan

Kmieni dalgħodu żewġ persuni armati sparaw tiri lejn il-Konsolat Amerikan f’Istanbul. Rapporti qed jindikaw li l-persuni armati ħarbu mill-post u qed ikunu mfittxija mill-Pulizija Torka.

Ħadd ma weġġa’ f’din l-isparatura. Aktar kmieni tpoġġiet bomba ma’ għassa tal-Pulizija fl-istess belt.

Dawn il-każi seħħew f’perijodu meta t-Turkija qed tieħu sehem b’mod aktar attiv fil-ġlieda kontra l-ISIS.