Il-karozzi tal-linja l-ġodda, tat-tip Otokar, li nġiebu mill-Autobuses de León mit-Turkija, diġa’ bdew jesperjenzaw l-ewwel problemi.
F’dan il-każ, u kif jidher fir-ritratti, l-arja kundizzjonata qed tipproduċi l-ilma li minflok jintrema’ barra mill-vettura, kif suppost, qed ixarrab is-saqaf u jqattar fuq in-nies.
Ir-ritratti li waslu għand MaltaRightNow huma minn żewġ karozzi tal-linja differenti
, waħda n-numru 626 filwaqt li l-oħra mhix identifikata. Dan jixhed li din hi problema komuni, u mhux każ ta’ ħsara f’vettura waħda.
Min għaddielna r-ritratti spjega li f’nofs il-vjaġġ il-persuni li kienu bilqiegħda taħt l-arja kundizzjonata bdew iqumu u jbiddlu posthom, u kif tal-linja mtliet uħud spiċċaw bilwieqfa meta nofs il-karozza kienet vojta. Dan għaliex is-seats bdew jixxarbu.
Erbat’ijiem ilu biss il-kumpanija Spanjola ħabbret li waslu f’Malta 40 vettura Otokar mit-Turkija, jiġifieri bħal dawn fir-ritratt, biex jibdew jintużaw f’Malta.
//= $special ?>

