Il-pubbliku għandu joqgħod attent għal ragħad qawwi li jista’ jiżviluppa fil-punent tal-pajjiż. Dan hekk kif maltempata li riesqa min-naħa tat-Tuneżija (ċirku aħmar fir-ritratt ta’ fuq) tista’ tkun il-kaġun ta’ maltempata kawża tat-temperatura sħuna tal-baħar.
Apparti minn hekk, zona kiesħa fl-atmosfera lejn il-gżira ta’ Korsika (ċirku blu fir-ritratt ta’ fuq) tista’ timxi lejn ix-xlokk fid-direzzjoni ta’ Sqallija. Dan jista’ jwassal għal maltemp u ragħad f’numru ta’ zoni madwar Malta. Dan il-maltemp li jista’ jinżel min-naħa ta’ Korsika potenzjalment iwassal għal xita qawwija, trombi tar-riħ u irwiefen.
It-twissija tgħid li jista’ jkun żviluppat ukoll ċiklun Mediterranju minħabba s-sitwazzjoni tal-baħar, madanakollu s’issa m’hemm l-ebda indikazzjoni li dan se jseħħ.
It-twissija ppubblikata minn Malta Weather tgħid li dawn it-tip ta’ maltempati jpoġġu riskju kbir u għaldaqstant il-pubbliku għandu joqgħod lura milli joħroġ fuq il-baħar fil-jiem li ġejjin. It-twissija ttemm tgħid li mumenti ta’ xemx mhux neċessarjament ifissru li l-periklu jkun għadda.
//= $special ?>



