Lokali

Żagħżugħ irrappurtat nieqes

Żagħżugħ ta’ 19-il sena kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija wara li baqa’ ma rritornax id-dar mit-Tlieta li għadda, l-4 ta’ Awwissu.

Il-Pulizija spjegat li ż-żagħżugħ, Pavel Zakarechkin (ritratt), hu rqiq u ta’ statura medja. Hu għandu xagħru kannella ċar u qasir, filwaqt li għajnejh huma kannella.

L-aħħar li deher, iż-żagħżugħ kien liebes qmis griża, qalziet u żarbun iswed, kif ukoll backpack iswed. Hu jitkellem bl-Ingliż, iżda b’aċċent Russu.

Il-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku billi min ikollu xi informazzjoni, jagħmel kuntatt, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119.