L-Armata tas-Sirja arrestat is-sekondo kuġin tal-President Sirjan Bashar al-Assad wara li kurunell mal-qawwiet militari spiċċa maqtul f’tilwima dwar kwistjoni tat-traffiku.
Ingħad li Suleiman al-Assad, kien qed jinżamm fil-belt ta’ Latakia, li hi fortizza tar-reġim Sirjan, wara li l-membri tal-qawwiet daħlu għalih ġo razzett biex jarrestawh.
Suleiman hu iben Halil al-Assad, il-prim kuġin ta’ Bashar al-Assad, bir-rapporti jgħidu li l-Kurunell tal-Armata li kien involut fil-kwistjoni tat-traffiku, allegatament ‘inqatel b’tiri ta’ arma, waqt li kien fil-preżenza ta’ uliedu’.
Is-sekondo kuġin tal-President Sirjan kien ilu maħrub mill-ġimgħa l-oħra u mindu seħħ l-omiċidju tal-Kurunell Hassan al-Sheikh. Intant, Suleiman al-Assad qed jissemma bħala l-uniku suspettat fil-każ.
//= $special ?>