SPARAR: It-tiraturi Maltin tad-Double Trap William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb, assistiti mill-kowċ Jimmy Bugeja, ilbieraħ ħadu sehem fit-tazza tad-Dinja tal-ISSF 2015 f’Gabala fl-Ażerbajġan. Il-kompetizzjoni kienet fuq 150 plattina bl-ewwel sitta jkomplu għas-semifinali u l-midalji fuq żewġ rounds oħra ta’ 30 plattina.
Chetcuti beda bi straight ta’ 30 u kompla b’27, 26, 26 u 28 għal total ta’ 126 minn 150.
Nathan Lee Xuereb laqat 29, 22, 27, 26 u 29 għal total ta’ 133.
Il-kompetizzoni ntrebħet mill-Amerikan Eller Walton li laqat 145, 29 u għalaq bi straight ta’ 30 biex għeleb lill-Britanniku Steve Scott li laqat 143, 30 u 26. Il-midalja tal-bronż marret għand ir-Russu Vasily Mosin b’142, 29 u 30.
//= $special ?>