Tensjoni u rabja fl-Ajruport ta’ Fiumicino hekk kif titjira tal-EasyJet li kellha titlaq lejn Malta fid-20:40 tal-bieraħ filgħaxija ġiet posposta numru ta’ drabi, sakemm fit-03:00 l-passiġġieri saru jafu li t-titjira tħassret u kellha ssir dalgħodu.
Fost nuqqas ta’ informazzjoni, li kompli żżid l-għadab tal-passiġġieri, fl-aħħar ġew mgħarrfa li r-raġuni hi effett domino ta’ numru ta’ titjiriet li waqgħu lura.
Madankollu dalgħodu l-ajruplan li kellhom jiġu bih lejn Malta inbidel u minflok ġie ieħor iżgħar. Dan wassal biex numru ta’ passiġġieri kellhom jitħallew l-art, fl-Italja. Dawn ġew offruti flus u akkomodazzjoni f’lukanda.
Imma biex kollox ikompli jiġi ħażin għal dawn il-passiġġieri, dan is-sit hu nfurmat li f’din il-lukanda dawn qatt ma marru għax saru jafu li l-lukandi huma kollha fully booked.
Hekk kif il-passiġġieri komplew jirrabjaw fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ġew infurmati li l-problema issa kienet li ma setax isir refuelling tal-ajruplan minħabba l-maltemp.
It-tijira kellha tasal Malta għall-ħabta tal-10:15am. Madankollu din ittardjat b’30 minuta oħra.
Filmat: Matthew Griscti
//= $special ?>

