Internazzjonali

Il-Ġappun iqabbad l-ewwel impjant nukleari mit-traġedja ta’ Fukushima

Il-Ġappun iqabbad l-ewwel impjant nukleari mit-traġedja ta’ Fukushima.

Il-Ġappun reġa’ qabbad l-ewwel reattur nukleari li qed jiffunzjona taħt ir-regoli l-ġodda tas-sigurtà implimentati wara d-diżastru tal-2011 fl-impjant ta’ Fukushima.

L-impjanti nukleari kollha tal-Ġappun kienu ngħalqu gradwalment meta, fl-2011, iġġarrfu setturi tal-impjant ta’ Fukushima kaġun ta’ terremot kbir u sensiela ta’ tsunami li kienu ħallew qerda kbira fl-inħawi. Sadanittant, Kyushu Electric Power tal-Ġappun qed jattiva r-reattur ewlieni fl-impjant ta’ Sendai wara li saru provi stretti għas-sigurtà.

Madankollu, il-poplu Ġappuniż għadu skomdu bl-inizjattiva biex pajjiżu jirritorna għall-enerġija nukleari. Fil-fatt, saru numru ta’ protesti barra l-impjant ta’ Sendai kif ukoll quddiem ir-residenza tal-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, f’Tokjo.