Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 11 ta’ Awwissu.
IN-NAZZJON jiżvela l-ismijiet ta’ dawk il-Pulizija li ħadu promotion għal Supretendenti. Il-ġurnal jgħid li dawn huma għażliet tal-mistħija mill-PSC li għażlet persuni magħrufa għall-kulur politiku tagħhom.
THE TIMES issegwi storja li ħarġet f’In-Nazzjon u il-mument dwar xiehda li ingħatat rigward il-mod kif saru l-affarijiet dakinhar tal-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia. Ray Zammit, l-eks Aġent Kummissarju, jgħid li ġie “miżinterpretat” u meta ta l-ordni biex titneħħa l-karozza tal-Iskoċċiż kien għadu ma jafx li Sheehan kien laqat il-karozza.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li l-bdiewa f’Żonqor għadhom fil-għama dwar il-futur tagħhom, hekk kif diġa’ bdew jippreparaw l-għelieqi bil-prodotti għax-Xitwa.
L-ORIZZONT jirrapporta kif pumpiera l-bieraħ salvaw raġel minn nirien fid-dar tiegħu f’San Ġiljan – fuq ġewwa tad-dar instab tebut, li fih allegatament jorqod dan l-anzjan.
//= $special ?>
