Lokali

Jerġa’ jitbaxxa d-dawl – rappurtati iktar ħsarat

Għat-tieni ġurnata nfila f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex tbaxxa’ d-dawl għal ftit sekondi, bil-konsegwenza li residenzi privati kif ukoll kumpaniji ġarrbu ħsarat.

F’xi postijiet id-dawl tbaxxa’ u reġa’ lura għan-normal imemdjatament għal numru ta’ drabi, biex b’hekk kompla għamel iktar ħsara.

Dan is-sit hu nfurmat ukoll li għal ftit tal-ħin inqata’ għal kollox id-dawl f’partijiet ta’ Ħal Qormi. Filfatt xi fabbriki f’din il-lokalita’ bagħtu lill-ħaddiema lura d-dar għaliex ma setgħux ikomplu bl-operat tagħhom.