Il-gżira Griega ta’ Kos għaddiet minn xeni kbar ta’ kaos u pandemonju wara li l-pulizija ppruvat tmexxi l-mijiet tal-immigranti lejn stadium tal-futbol lokali biex jgħaddu minn proċess ta’ reġistrazzjoni.
Il-Pulizija kellha tuża l-lembubi u l-fire-extinguishers fuq il-folol biex timponi sistema tal-ordni. L-inċidenti seħħew wara li uffiċjal fil-gżira ta’ Kos kien spiċċa sospiż talli sawwat raġel waqt li, fl-istess ħin, deher qed jagħmel il-ġesti b’sikkina.
L-awtoritajiet ta’ Kos, fil-Baħar Eġew, qed isibuha diffiċli ħafna biex jikkontrollaw numru qed jikber ta’ immigranti li waslu fl-inħawi bit-tama li jsibu ħajja aħjar. L-immigranti u ammont kbir ta’ refuġjati, bħalissa, qed jikkampjaw maġenb it-toroq u fuq il-bajjiet ta’ Kos li hi destinazzjoni popolari għat-turisti.
It-tensjoni kontinwa qed tirriżulta f’xeni bħal tallum, meta t-tentattiv biex mijiet tar-refuġjati jintbagħtu fl-istadium għar-reġistrazzjoni kellu jegħreq fil-kaos. Dan fost il-waqtiet ta’ ġlied li involvew persuni li kienu qed jiffurmaw kju twil fl-inħawi.
//= $special ?>