Matador Spanjol famuż jinsab f’kundizzjoni serja wara li spiċċa ferut minn barri waqt spettaklu tradizzjonali fil-belt ta’ Huesca, lejn il-Grigal ta’ Spanja.
Francisco Rivera Ordonez, li hu magħruf bħala ‘Paquirri’, kien ferut mill-qrun tal-barri iżda l-indikazzjonijiet huma li hu ma jinsabx f’periklu tal-mewt.
Paquirri ġej minn dinastija twila ta’ ‘bullfighters’ u, flimkien ma ħuh, hu fost il-membri tal-ġenerazzjoni ġdida ta’ Matadors ‘li qed iżidu l-element tal-ispettaklu fl-areni ta’ Spanja’.
Fl-1984, missier Francisco Rivera Ordonez — ukoll magħruf bħala ‘Paquirri’ — kien tilef ħajtu wara li ġarrab feriti kritiċi waqt konfront ma’ barri, fil-belt ta’ Cordoba.
//= $special ?>