Raġel jinsab f’qagħda kritika wara li ntlaqat minn makkinarju li kien qed jintuża u waqa’ xi gholi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fiż-zona tad-Deep Water Quay, il-Belt Valletta.
Ir-raġel għandu 50 sena u hu residenti Ħaż-Żebbuġ. Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ġiet appuntata wkoll inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>

