Il-Pulizija kellha tintervjeni hekk kif raġel ta’ nazzjonalita’ Maltija instab mitluf minn sensieh, mingħajr flokk u bil-qalziet imniżżel fil-vettura tiegħu fi Triq il-Mile End, fil-Ħamrun.
Malli daħal ir-rapport, fuq il-post waslu uffiċjali tal-Pulizija, li kif raw il-kundizzjoni tar-raġel kellhom jitolbu l-assistenza ta’ tim mediku. Filfatt fuq il-post waslet ukoll infermiera li assistiet lir-raġel.
Dan is-sit hu nfurmat li wara tfittxija li saret instabet borża żgħira bi trab kannella, x’aktarx eroina, u tliet boroż bi trab abjad, x’aktarx kokaina. Infurmati wkoll li f’idejn ir-raġel instabet karta ta’ għaxar ewro u fil-karozza nstabu madwar €800 oħra fi flus kontanti.
Ir-raġel kien f’vettura pparkjata mal-ġenb tal-iskola Maria Reġina, qrib il-grawnd Victor Tedesco. F’dak il-ħin minn qrib il-karozza kienu għaddejin kontinwament numru ta’ tfal u żgħażagħ li kienu deħlin fl-istess skola.
Jidher li r-raġel kien għadu kif għamel użu minn sustanza illeċita’, x’aktar droga. Madankollu l-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.
//= $special ?>

