L-eks Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit jirreaġixxi għall-ewwel darba għar-rapporti li dehru fl-aħħar jiem fil-gazzetti In-Nazzjon u il-mument – Zammit jgħid li hu ġie ‘miżinterpretat’.
Il-ġurnal Times of Malta illum jikkwota r-reazzjoni ta’ Ray Zammit ghall-istejjer li saru mill-media taghna dwar l-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, u l-mod kif il-karozza milquta mit-tiri ittiehdet mill-post fuq ordni tal-istess Zammit.
Iżda illum Ray Zammit jghid li hu m’għaffeġ xejn! Għaliex sa dak il-ħin kien ghadu ma jafx li l-karozza intlaqtet mit-tiri ta’ Paul Sheehan.
Fi kliem Ray Zammit “kollox huwa ċar”.
//= $special ?>

