WATERPOLO
San Ġiljan Crystal Finance……17
Sliema Frank Salt……………….13
(4-2), (3-5), (5-3), (5-3)
San Ġiljan Crystal Finance jinsabu punt bogħod mir-rebħ tad-disa’ kampjonat meta meritatament għelbu lil Sliema Frank Salt 17-13. Il-Ġiljaniżi kienu minn fuq matul il-logħba iżda Sliema baqgħu fil-logħba b’rimonti żagħar matul il-logħba. Iżda San Ġiljan dejjem għarfu li jerġgħu jieħdu vantaġġ biex assiguraw il-punti fl-aħħar minuti tal-logħba. Għalihom spikkaw Boris Vapenski u Guillermo Molina.
San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni 4-2 u dehru li setgħu jieħdu kontroll tal-logħba meta f’mument fit-tieni sessjoni kienu jinsabu 7-4 minn fuq, iżda Sliema wettqu reazzjoni u irnexxilhom jagħmlu l-iskor indaqs sa tmiem it-tieni sessjoni.
Il-Ġiljaniżi marru wkoll erba’ gowls vantaġġ fit-tielet sessjoni iżda żewġ gowls tard fis-sessjoni ta’ Christian Cluett ħallew il-logħba miftuħa. Peter Borg għamel l-iskor 13-10, iżda Dedovic u Cluett naqqsu d-distakk għal gowl. Minn hemm San Ġiljan għamlu l-aħħar sforz u skorjaw darbtejn minn Vapenski u Molina b’Dedovic inaqqas il-marġni parzjalment. Iżda l-koppja barranija reġgħet skorjat zewġ gowls oħra għal skor finali ta’ 17-13.
San Ġiljan: J. Sammut, P. Borg (1), A. Galea, B. Vapenski (5), G. Molina (6), M. Zammit (2), K. Galea (1), D. Zammit, B. Plumpton, A. Cousin (1), P. Fava, D. Zammit (1), D. Spiteri
Sliema: R. Coleiro, J. Gabarretta, K. Dowling (1), T. Sullivan, M. Meli, J. Soler, M. Spiteri Staines, C. Cluett (3), J. Brownrigg (1), M. Bodegas (1), A. Attard, N. Dedovic (5), M. Fenech
Referees: Mario Dalli, Alessandro Severo


